Sport Sport Ieħor

Darts: Leah’s Bar jitilgħu fl-ewwel post

Tim B Leah’s Bar rebħu d-dwell tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika tal-Kampjonat tat-tielet diviżjoni tal-Malta Darts Association meta għelbu lil Żejtun Laċċi Maypole 6-2.

F’aktar riżultati, Tim B Birġu Boċċi Club saħħew posthom fit-tielet post fil-klassifika wara li għelbu lil Domus Ladies 5-3.

Nicolo Isouard iddominaw il-konfront kontra Tim B Sliema Club Lounge tant li rebħu 7-1 filwaqt li Munchies Bar daħlu fit-taqtiegħa fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika wara skor pożittiv ta’ 6-2 kontra Tal-Ġilju Mqabba.