Lokali

Dewmien fit-titjiriet u ħsarat fl-ajruplan tal-Air Malta

It-titjira KM 615 minn Ruma lejn Malta li suppost kellha titlaq minn Fiumicino fil-11:10 tal-bieraħ filgħaxija spiccat telqet kważi fis-1 ta’ filgħodu.

Dan hekk kif il-passiġġieri l-ewwel ġew infurmati li għandhom delay ta’ siegħa, u wara li telgħu abbord ġew infurmati li hemm problemi biex jistartja l-ajruplan.

Dan kollu wassal biex it-titjira KM 615 tal-Air Malta telqet minn Ruma iktar minn siegħa u nofs tard.

Skont passiġġieri li tkellmu ma’ Net News jidher li anka wara li l-ajruplan startja, it-titjira ma telqitx minnufih, bil-passiġieri abbord jispiċċaw jistennew fuq l-ajruplan għal aktar minn nofsiegħa, mingħajr ma kienu jafu għal liema raġuni l-ajruplan ma kienx ħalla l-mitjar ta’ Ruma.