Roma kisbu punt fi draw ta’ 1-1 kontra Fiorentina f’logħba li fiha Roma spiċċaw il-logħba b’disa’ plejers.
B’dan ir-riżultat Roma telgħu fir-raba’ post tal-klassifika u għalhekk fiż-żona tal-UEFA Champions League.
Il-bidu kien tajjeb għal Roma li marru fil-vantaġġ b’goal ta’ Romelu Lukaku wara biss ħames minuti fuq pass ta’ Paolo Dybala.
Fl-64 minuta Roma kellhom lil Zelewski jdabbar it-tieni karta safra u ftit minuti wara Fiorentina mill-ewwel approfittaw meta kisbu l-goal tad-draw li kien skorjat minn Martinez Quarta.
Fis-87 minuta Roma spiċċaw ukoll b’disa’ plejers meta Romelu Lukaku ukoll kien muri t-tieni karta safra.
Bologna komplew javanzaw fil-klassifika grazzi għal rebħa kontra t-tim tal-qiegħ Salernitana.
Bidu tajjeb minn Bologna li skorjaw żewġ goals fl-ewwel 20 minuta. Dawn il-goals waslu minn doppjetta ta’ Zirkzee.
Kwarta mit-tmiem Salernitana naqqsu l-iskor permezz ta’ Simy iżda Salernitana ma rnexielhomx isalvaw ir-riżultat.
Monza kisbu rebħa minima kontra Genoa bil-goal tar-rebħa ta’ Monza jkun skorjat minn Dany Mota seba’ minuti mit-tmiem.
F’logħba oħra draw ta’ mingħajr goals bejn Frosinone u Torino.
Il-kampjonat Taljan ikompli llejla b’żewġ logħbiet oħra fejn Empoli jospitaw lil Lecce filwaqt li f’Sardinja Cagliari jilagħbu ma’ Sassuolo.
Riżultati
Frosinone-Torino 0-0
Monza-Genoa 1-0
Salernitana-Bologna 1-2
Roma-Fiorentina 1-1
//= $special ?>