Għada filgħaxija fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista se ssir lejla ta’ mużika u rakkonti mal-Milied għall-familja kollha li tibda fis-7.15 ta’ filgħaxija.
Din is-serata hija inizjattiva organizzata mis-Sinjura AnneMarie Grech fejn fuq is-sufan se tkun qed tistieden diversi persuni għall-festa qaddisa tal-Milied.
Fost il-mistednin se jkun hemm Patri Karm Debattista li mess il-faqar b’idejh, il-kantant ta’ Greenfields Joe Tanti u l-grupp X Tend li huma rinomati ferm ma’ dan iż-żmien tas-sena. Jingħaqdu wkoll Trevor Zahra li kiteb ħafna dwar il-Milied kif ukoll Joe Saliba.
//= $special ?>