Il-films “Barbie” u “Oppenheimer” kisbu l-aktar nominazzjonijiet għall-unuri waqt iċ-ċerimonja tal-Golden Globes li għandha ssir fis-7 ta’ Jannar f’ Los Angeles, fl-Istati Uniti.
Id-disa’ nominazzjonijiet għal “Barbie” jinkludu n-nomina għal Margot Robbie bħala l-aħjar attriċi fi produzzjoni komika jew mużikali flimkien man-nomini għal Ryan Gosling, għall-aħjar interpretazzjoni f’parti sekondarja u Greta Gerwig li hi favorita għall-Globe li jingħata lill-aħjar direttur.
Intant, il-film “Oppenheimer”hu nominat għall-akbar impatt ċinematografiku kif ukoll għall-akbar dħul mill-box office – bl-attriċi Emily Blunt, l-istess bħal Ryan Gosling, qed tikkuntesta għall-aħjar interpretazzjoni f’rwol sekondarju.
Dan ukoll meta Cillian Murphy hu fost is-sitt nominati għall-Aħjar Attur għar-rwol tiegħu fil-film li hu biografija dwar J Robert Oppenheimer, il-fiżiċista magħruf imlaqqam bħala ‘il-missier tal-bomba atomika’.
Intant, il-produzzjonijiet “Killers of the Flower Moon” u “Poor Things” huma wkoll fost l-isfidanti għall-Golden Globes, b’seba’ nominazzjonijiet kull wieħed.
//= $special ?>