Il-Pulizija Żvizzera arrestaw raġel sigħat wara li hu spiċċa joqtol żewġ persuni fi sparatura li anki ħalliet tnejn oħra feruti fil-belt ta’ Sion, fir-reġjun ta’ Valois, qrib il-fruntiera mal-Italja. Il-qtil seħħ f’lokalitajiet separati u l-pulizija, qabel l-arrest, kienu wissew lill-pubbliku biex ma javviċinax lill-aggressur fost il-bullettini dwar l-iżviluppi fit-tfittxija għal ’raġel perikoluż u armat sa snienu’.
Kollox jindika li l-aggressur – identifikat bħala Robin Sebastien – kien jaf lill-vittmi tiegħu iżda l-awtoritajiet ma dettaljawx l-iskop wara l-qtil doppju.
Ir-rapporti qalu li l-aggressur kien qed isuq karozza Peugeot 206, bl-arrest isir lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Sion, proprju tmien sigħat wara l-omiċidji.
L-indikazzjonijiet huma li l-qattiel kellu l-ħsieb li jaħrab mill-pajjiż, bil-pulizija torganizza diversi roadblocks madwar Valois bil-għan li jillimitaw il-movimenti tiegħu.
//= $special ?>