Il-logħba tal-kampjonat Spanjol bejn Granada u Athletic Bilbao ġiet sospiża l-Ħadd wara li partitarju miet fl-istands.
Il-goalkeeper tal-Athletic, Unai Simón, ġibed l-attenzjoni tar-referee fil-15-il minuta wara li l-partitarji ta’ Granada qalulu dwar il-problema ma’ wieħed mill-partitarji, li allegatament waqfitlu qalbu.
Il-partita kompliet għal madwar ħames minuti meta finalment reġgħet twaqqfet hekk kif it-tobba komplew jaħdmu fuq il-partitarju. It-tobba tat-timijiet ħallew il-bankijiet tagħhom biex jippruvaw jgħinu.
Il-plejers baqgħu fil-grawnd sa madwar l-40 minuta qabel daħlu fid-dresing rooms.
Ir-referee eventwalment waqqaf il-logħba u La Liga ikkonferma l-mewt tal-partitarju. Athletic kienu qed jirbħu l-partita 1-0 wara gowl ta’ Iñaki Williams fis-sitt minuta.
Il-partita bejn Granada u Athletic Bilbao se tkompli llum mis-17-il minuta.
//= $special ?>