Fid-dawl tal-aħħar attakki ta’ Iżrael fuq Gaza, l-Prim Ministru tal-Qatar qal li ftit li xejn hemm ċans ta’ xi forma ta’ qbil biex tintemm il-gwerra. Pero hu żied jgħid li dan mhux se jxekkel il-pressjoni li l-Qatar qed jagħmel fuq iż-żewġ naħat.
Intant, il-pressjoni qed tkompli tassal anke minn naħa tan-Nazzjonijiet Uniti, illi qed jgħidu li Gaza sarret infern. Dan filwaqt li fl-aħħar sigħat, il-militar Iżraljan attakka il-Libanu kif ukoll is-Sirja.
Il-Hamas minn naha taghhom qalu li l-ebda ostaġġ mhu se jitħalla jitlaq ħaj jekk it-talbiet li qedgħin jagħmlu mhux ser ikunu milqugħa.
//= $special ?>