Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza f’Birkirkara

Raġel ta’ 57 sena residenti Ħal Balzan sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Hyundai Accent, li kienet qed tinstaq minn
mara ta’ 52 sena residenti n-Naxxar.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li
sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.