Dawk il-persuni li jiddeċiedu li jaqtgħu l-irħas biljett tal-ajru mal-linja nazzjonali ġdida tal-ajru li se tibda topera mis-sena d-dieħla, se jkollhom iħallsu sabiex ikunu jistgħu jtellgħu hand luggage ta’ 10kg magħhom fuq l-ajruplan. Dan meta bħalissa mal-Air Malta, wieħed jista’ jieħu hand luggage kif ukoll baskett żgħir mingħajr ebda ħlas addizzjonali. Iżda dan se jinbidel mal-bidu tal-KM Malta Airlines.
Issa meta tibda topera l-linja nazzjonali ġdida minn Marzu li ġej, persuna se tkun tista’ ttella’ magħha biss baskett żgħir sakemm ma tħallasx ħlas addizzjonali biex tkun tista’ tieħu hand luggage ta’ 10kg.
Mill-erba’ tariffi ekonomiċi disponibbli mal-linja tal-ajru ġdida, iż-żewġ għażliet bi prezz ogħla biss, dawk ‘economy plus’ u ‘economy flex’ jinkludu hand luggage ta’ 10kg.
Deċiżjoni li qajmet bosta reazzjonijiet negattivi mill-pubbliku in ġenerali hekk kif il-linja nazzjonali tal-ajru ta’ pajjiżna minn dejjem offriet is-servizz ta’ hand luggage b’xejn ma’ kull biljett tas-safar.
//= $special ?>