Fit-tieni ġurnata ta’ kompetizzjoni fil-kwalifikazzjoni għall-Europa Cup tat-Table Tennis li qed isir fl-Iskola Sekondarja Santa Klara f’Pembroke, wirja pożittiva mill-Malta International Table Tennis Centre permezz ta’ Amirazi Abbasi, Daniel Bajada, Umberto Borg Cardona u Neil Incorvaja kontra ASD Marcozzi tal-Italja, minkejja li sfaw megħluba 3-2.
It-tim Malti kien dejjem fil-logħba fejn Amir Abbasi rebaħ iż-żewġ partiti tiegħu.
It-tim Malti l-ieħor fil-kompetizzjoni HITT Academy Tibhar permezz ta’ Conrad Puli, Luke Bonello, Isaac Grixti u Gabriel Grixti tilef 3-0 kontra ASD Santa Tecla Nulvi.
Panathinaikos tal-Greċja komplew bis-serje pożittiva meta għelbu lil Table Tennis Club Zeleznicar tas-Serbja 3-0 filwaqt li ASD Santa Tecla Nulvi tal-Italja għelbu lil TTC Radnicki 1972 Beocin tas-Serbja 3-1.
Eventwalment Panathinaikos tal-Greċja u Santa Tecla Nulvi tal-Italja rebħu l-grupp ta’ kwalifikazzjoni rispettiv fl-Europa Cup . TTC Radnicki 1972 fid-decider għal min spiċċa fit-tieni post rebħu kontra Table Tennis Club Zeleznicar 3-0. Fl-azzjoni għal darb’oħra il-MITTC li ġew megħluba 3-2 kontra Panathinaikos.
//= $special ?>