Sport Sport Ieħor

Volleyball: Tkompli l-mixja pożittiva ta’ Swieqi Phoenix Nium, Birkirkara jdawru telfa f’rebħa kontra Paola Executive Security

Meta fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless sportiv tal-Kottonera tkompla l-kampjonat Super League organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball, kompliet il-mixja pożittiva taċ-champions Swieqi Phoenix Nium. Madankollu dawn kellhom jitħabtu mhux ftit biex jegħlbu lil Flyers bl-iskor ta’ 3-2. Dan ifisser li sal-lum Swieqi rnexxilhom jirbħu l-ħames partiti li lagħbu sa issa f’dan il-kampjonat. 

F’partita oħra mill-istess kampjonat u minn naħa ta’ isfel tal-klassifika, Birkirkara rnexxilhom idawru telfa f’rebħa kontra t-team neo promoss ta’ Paola Executive Security 3-2. It-team Karkariż kien żewġ sets minn taħt u din il-logħba ħadet madwar sagħtejn u nofs biex tiġi deċiża. 

Super League 

Paola Executive Security vs Birkirkara VC  2-3

Swieqi Phoenix NIUM vs Flyers 3-2

U19

Swieqi Tough Cookies vs Paola Maypole  3-0

U17

BKVC Storms vs Flyers  3-2

BKVC Lightnings vs BKVC Thunder Spikes  0-3

Paola Maypole vs Depiro  0-3

Swieqi Phoenix Block N Roll vs Swieqi Phoenix Challengers  3-0