Żagħżugħ ta’ 25 sena mix-Xewkija qed jissielet għal ħajtu wara li llum għall-ħabta tas-2 pm tilef il-kontroll tal-quad bike li kien qed isuq u nqaleb fi Triq il-Kav. Lorenzo Zammit Haber, ix-Xewkija.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>