Rapporti minn Franza qed jindikaw li l-Gvern ta’ Robert Abela jrid jispjuna fuq il-ġurnalisti.
Dan hekk kif is-sit Disclose żvela memo illi juri kif seba’ stati membri tal-Unjoni Ewropea, fosthom Malta, jridu jispjunaw fuq il-ġurnalisti minħabba raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Dan kollu b’rabta ma’ liġi ġdida Ewropea – dik tal-libertà tal-Media Ewropea – li tinsab fl-aħħar stadji tagħha; liġi li oriġinarjament se tkun intiża sabiex tipproteġi l-ġurnalisti … anke billi l-Gvern ikun ipprojbit milli jissorvelja lill-ġurnalisti u lill-familji tagħhom.
Madanakollu, qed tiġi mbottata ‘l quddiem klawżola fejn jingħad li l-istat ikun jista’ jispijja fuq l-ġurnalisti – f’ċirkustanzi mhux tas-soltu.
Fil-fatt… Malta, il-Finlandja, l-Italja u Franza qed jinsistu sabiex tiġi introdotta liġi li tippermetti lill-Gvern ta’ kull pajjiż jissorvelja lill-ġurnalisti f’isem is-sigurtà tal-istat.
Sa issa, minkejja d-domandi li saru mill-ġurnalisti – l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Robert Abela għadu jrid iwieġeb dwar din il-kwistjoni.
Kollox jindika li l-Gvernijiet nazzjonali se jkunu jistgħu jissorveljaw lill-ġurnalisti la darba jidrilhom li hemm lok eċċezzjonali sabiex iwettqu dan; kollox skont il-perspettiva ta’ min imexxi.
Għaldaqstant, diversi Membri Parlamentari Ewropej qed jinsistu li din ma hija xejn ħlief skuża tajba biex ibeżżgħu lil ġurnalisti u jwaqfuhom milli jwettqu x-xogħol mistenni minnhom.
Intant, n-negozjati fuq din il-liġi mistennija jissoktaw matul il-jum tal-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru.
STQARRIJA MILL-GVERN
Il-Gvern ċaħad l-allegazzjoni li l-Gvern Malti jrid li l-ġurnalisti jibdew jiġu spjunati. Fil-fatt il-Gvern Malti jappoġġja l-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja li fil-fatt jipprojbixxi spjunaġġ fuq il-ġurnalisti u s-sorsi tagħhom.
Malta tappoġġja l-Proposta li tkompli ssaħħaħ il-libertà tal-istampa u l-pluraliżmu u se tibqa’ ssegwi d-diskussjonijiet bil-għan li jintlaħaq qbil li jassigura l-protezzjoni tal-ġurnalisti.
Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar li din il-projbizzjoni tkun fis-seħħ ukoll f’każ ta’ kwistjonijiet li jikkompromettu s-sigurtà nazzjonali bħal ngħidu aħna f’każ ta’ biża’ t’attakk terroristiku.
//= $special ?>
