Ambjent Lokali

COP28: Pressjoni mill-KNŻ biex jispiċċa l-użu tal-fossil fuels

Matul din il-ġimgħa l-Uffiċjal Internazzjonali tal-KNŻ, Chloë Cauchi u d-Direttur tal-Impenn Ċiviku, David Debattista, attendew il-konferenza COP28 li qqed issir f’Dubaj, sabiex jirrapreżentaw liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin f’din il-laqgħa ta’ livell globali – konferenza li primarjament qed tiffoka fuq il-bidla fil-klima.

Il-KNŻ semmew l-importanza li gradwalment jitneħħew il-fossil fuels sal-2050 sabiex jiġi kkontrollat il-limitu tal-1.5 gradi celsius.

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ saħaq li jridu jedukaw aktar żgħażagħ Maltin u Għawdxin dwar ċertu ideat u soluzzjonijiet li ġew ippreżentati fil-COP28.

Minkejja li wasslu lura Malta, il-KNŻ wegħdu li se jkomplu l-ħidma tagħhom b’negozjati filwaqt li jimbuttaw għal attiviżmu aktar b’saħħtu f’pajjiżna.