It-titjira tal-Airmalta minn Lyon li suppost telqet fit-8.35pm reġgħet ħalliet lin-nies jistennew, hekk kif l-ajruplan minn Malta wasal fil-ħin li suppost kellu jitlaq. Sadanittant anke’ l-ħwienet fl-ajruport ta’ Lyon laħqu għalqu u kien għad fadal biss il-passiġġieri għal Malta.
Persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li fost ħafna tgergir, il-passiġġieri lanqas biss kienu avżati li kien hemm dan id-dewmien kollu. L-istess ġara minn Malta għal Lyon nhar il-Ħamis li għadda.
Biex imbagħad wara li l-ftuħ tal-Gate tħabbar fid-9:30pm, kważi siegħa tard wara li suppost kellha titlaq it-titjira, il-crew laqa’ l-passiġġieri li kienu telgħin abbord bil-“good evening” minflok b’apoloġija.
It-titjira spiċċat telqet fil-10.48pm, bir-raġuni li ta l-Kaptan kienet li t-tijira ta’ qabel kienet telqet tard ukoll.
//= $special ?>
