Lokali Milied 2023

“Ġew idaħħku n-nies; riedu jimmultaw lil kulħadd”

“Jekk tas-sanità se jwaqqfu lilna, iridu jwaqqfu kull attività li ssir Malta”.

Hekk iddikjaraw l-organizzaturi ta’ ‘Natalis Notabilis’ wara li lbieraħ faqqgħet il-kontroversja dwar is-sinkijiet li rieduhom ipoġġu ma’ kull bankarella li hemm armata fiċ-ċentru tar-Rabat.

“Ġew idaħħku n-nies – riedu jimmultaw lil kulħadd”, iddikjara wieħed mill-organizzaturi. Dan filwaqt li esprima l-frustrazzjoni tiegħu għall-mod kif ġew trattati mill-awtoritajiet.

Jidher li l-kwistjoni splodiet wara li tas-sanità provaw jimponu numru ta’ miżuri. Bl-organizzaturi kienu saħansitra lesti jwaqqfu l-attività kollha, għaliex ma riedux li l-parteċipanti jiġu immultati.

Iżda meta raw hekk, tas-sanità qalulhom li jistgħu jkomplu b’mod normali. “Allura x’inbidel f’temp ta’ siegħa?”, saqsew l-organizzaturi ta’ ‘Natalis Notabilis’.