‘Hemm bżonn li nkomplu ngawdu dan il-mument’
- Winston Muscat, Marsaxlokk FC
‘Konna nafu li ser nilagħbu kontra tim li kien ġej minn żewġ riżultati pożittivi minkejja li hemm differenza fil-pożizzjoni tal-klassifika.’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Marsaxlokk Winston Muscat wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0. Muscat kompla, ‘Kuntent bil-wirja tal-plejers u hemm bżonn li nkomplu ngawdu dan il-mument. L-ewwel objettiv tagħna kien li nsalvaw, li nemmen li dan prattikament ilħaqnih, Issa rridu nħarsu aktar ’il quddiem u nippruvaw li nitilgħu kemm jista jkun ’il fuq fil-klassifika. Quddiemna għandna logħba iebsa qabel il-waqfa għall-festi tal-Milied hekk kif irridu niffaċċjaw lil Floriana li jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika.’
‘Għaqda kbira bejn kulħadd’
- Jan Busuttil, Floriana FC
‘Ninsab kuntent li ninsabu fil-quċċata tal-klassifika fejn wara kollox jistħoqqilna’. Dawn kienu l-ewwel kelmiet li lissen il-midfielder ta’ Floriana Jan Busuttil wara r-rebħa komda li kisbu l-Greens kontra Mosta. Huwa kompla hekk . ‘ Din hija rebħa oħra li nixtieq li niddedika lill-partitarji numerużi tagħna, technical staff u diriġenti fost l-oħrajn. Kulħadd qed jaħdem f’għaqda sabiex inkomplu mexjin ’il quddiem. Fuq nota personali ninsab kuntent li rritornajt fl-iskwadra wara madwar xahrejn imweġġa. Li tkun lura fil-pitch ma’ sħabek tħossok li int parti minn dan is-suċċess.’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Floriana | 10 | 26 |
| Ħamrun Spartans | 9 | 20 |
| Marsaxlokk | 10 | 19 |
| Sliema Wanderers | 10 | 19 |
| Hibernians | 10 | 16 |
| Naxxar Lions | 10 | 16 |
| Birkirkara | 9 | 13 |
| Balzan | 10 | 13 |
| Gżira United | 9 | 11 |
| Valletta | 10 | 10 |
| Mosta | 10 | 10 |
| Santa Lucia | 10 | 6 |
| Gudja United | 9 | 5 |
| Sirens | 10 | 3 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 7 |
| Kemar Reid (Floriana) | 7 |
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 7 |
| Sunday Akinbule (Marsaxlokk) | 7 |
| Uros Djuranovic (ħamrun Spartans) | 5 |
| Federico Falcone (Valletta) | 5 |
| Giannis Bastianos (Hibernians) | 5 |
| Andrea Ciolacu (Birkirkara) | 4 |
| Thaylor Aldama (Gżira United) | 4 |
| W. Moreira da Silva (Naxxar Lions) | 4 |
| L. da Silva de Souza (Balzan) | 4 |

LOGĦOB LI JMISS
L-Erbgħa 13 ta’ Diċembru, 2023
Centenary Stadium
11.00am Gudja Utd. – B’Kara
Stadium Nazzjonali
2.00pm Ħamrun S. – Gżira Utd.
Is-Sibt 16 ta’ Diċembru, 2023
Centenary Stadium
2.00pm Gudja Utd. – Sirens
Stadium Nazzjonali
2.00pm B’Kara – Gżira Utd.
4.15pm Balzan – Valletta
Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru, 2023
Centenary Stadium
11.00am Naxxar L. – Sliema W.
2.00pm Hibernians – Mosta
Stadium Nazzjonali
2.00pm Sta Lucia – Ħamrun S.
4.15pm Floriana – M’Xlokk
//= $special ?>

