Futbol Sport

Birkirkara jirbħu s-Super Cup tan-nisa għas-seba’ darba

Ritratt: Joe Borg

Birkirkara rebħu s-Super Cup tan-nisa għas-seba’ darba fl-istorja hekk kif fil-final għelbu lil Swieqi United bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Swieqi United li fetħu l-iskor fis-27 minuta permezz ta’ Salamatu Abdulai, li għelbet lil Janice Xuereb b’xutt minn tarf il-kaxxa.

Minuti wara Birkirkara għamlu l-iskor indaqs meta Arianna del Moral li għaddiet tajjeb u xeħtet fix-xibka għal 1-1. Biex fis-57 minuta Birkirkara skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa meta għal darb’oħra reġgħet kienet Arianna del Moral li kkonkludiet wara Araujo għal 2-1.