Andrè Muscat
GUDJA UNITED………. 1
BIRKIRKARA……………..1
Gudja United: I. Sozer, B. Armando Melo, S. Angulo (G. Lorenzoni 70’), S. Attard (M. Cassini 70’), M. Muchardi (S. Cipriott 57’), G. Mensah, E. Mendes, K. Micallef, Z. Grech (N. Tabone 81’), A. Toure, M. Esposito
Birkirkara: M. Zapytowski, D. Mariani, E. Pepe, A. Queiroz (JN. Agius 89’), Y. Yankam, K. Zammit, M. Gambin (P. Mbong 59’), M. Pena Beltre (M. Maia 59’), N. Micallef, A. Diakite, A. Ciolacu
Imwissija: N. Micallef 13’ (B), Y. Yankam 23’ (B), B. Armando Melo 41’ (GU), S. Angulo 43’ (GU), E. Mendes 84’ (GU), I. Sozer 87’ (GU)
Tkeċċew: JN. Agius 90’ (B)
Skorjaw: S. Angulo 42’ (GU), A. Ciolacu 79’p (B)
Referee: Malcolm Spiteri
Assistenti Referees: Duncan Sultana u Robert Curtis
BOV Plejer tal-Logħba: A. Ciolacu (B)
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: A. Queiroz (B)
Fis-Centenary Stadium fil-konfront bejn Birkirkara u Gudja United, il-Karkariżi kienu l-aħjar tim fil-grawnd, iżda Gidja kienu tattikament dixxiplinati b’Birkirkara jitilfu żewġ punti, filwaqt li Gudja rebħu punt minkejja li baqgħu bla rebħa.
Birkirkara jibdew il-partita fuq l-attakk u fl-ewwel minuta tal-partita Queiroz jitfa’ kross mill-lemin bid-difensur ċentrali Karl Micallef itajjar ħażin, bil-ballun jispiċċa f’saqajn Yankam, b’dan tal-aħħar minn barra l-kaxxa jfajjar xutt li jkun imblukkat mill-goalkeeper Sozer.
Mariani fid-9 minuta jipprova freekick dirett minn tlett kwarti ta’ grawnd, bil-goalkeeper Ċiprijot ta’ Gudja jsalva bla diffikultà.
Birkirkara għal darboħra fuq l-attakk fis-17-il minuta, din id-darba b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa tal-attakkant tagħhom Ciolacu li jiġi devjat f’korner minn Armando Melo.
L-ewwel azzjoni għal Gudja tasal fit-22 minuta logħob, wara li Toure niżżel il-ballun avvanza fil- kaxxa l-kbira, bix-xutt tiegħu jiġi salvat bla diffikultà mill-goalkeeper Kalkariż Zapytowski.
Matias Mucardi ta’ Gudja United jkun viċin li jiftaħ l-iskor fis-27 minuta, meta mill-lemin prova xutt bil-goalkeeper ta’ Birkirkara megħlub bil-ballun jagħddi jħakkek mal-wieqfa.
Gudja jiftħu l-iskor fit-42 minuta, kien kross mill-lemin minn Muchardi li fuq it-tieni lasta jsib lil plejer bin-numru disa’ ta’ Gudja United Angulo, b’dan tal-aħħar waħdu ma’ jiżbaljax u jitfa’ wara Zapytowski.
Kontra xejra tal-logħob mat-tisfira ta’ tmiem l-ewwel taqsima mir-referee Malcolm Spiteri, Gudja United jidħlu jistrieħu fil-vantaġġ.
Tlett minuti mill-ftuħ tat-tieni tqassima Birkirkara jitilfu ċans tad-deheb li jġibu draw, wara li l-attakkant tagħhom Ciolacu wiċċ imb wiċċ mal-goalkeeper Gudjan, l-attakkant Karkariż jixxutja ġo l-istess goalkeeper, biex b’hekk l-iskor jibqa’ favur Gudja.
Kien il-goalkeeper Sozer li żamm lill-Gudja fil-vantaġġ fil-61 minuta, meta b’save mill-isbaħ idawwar freekick ta’ Maxuel Maia f’korner.
Birkirkara jkomplu jagħfsu biex iġibu draw u fl-74 minuta Mariani jipprova xutt minn tlett kwarti ta’ grawnd, bil-goalkeeper ta’ Gudja jsalva bla diffikultà.
Protesti kbar mit-tim Karkariż għal penalty meta fis-76 minuta Karl Micallef deher iwaqqa’ lil Maxuel Maia fil-kaxxa l-kbira bir-referee Spiteri jħalli logħob għaddej.
Din id-darba fit-78 minuta r-referee jsaffar penalty favur Birkirkara, li nkariga mill-istess penalty Andrei Ciolacu, bl-attakkant Karkariż ma jfallix biex irnexxilu jġib id-draw għat-tim tal-Wied.
Birkirkara jispiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers, wara li ż-żgħażugħ Kalkariż James Nicholas Agius jintwerra l-ħamra dirett għal foul li għamel f’nofs il-grawnd. Ta’ minn wieħed jinnota li Agius kien għadu dieħel bħala sostitut, u f’inqas minn minuta fil-grawnd jdabbar l-karta ħamra mal-ewwel.
B’dan id-draw Gudja żiedu punt mal-ħames punti li kellhom filwaqt li l-problemi għal Birkirkara komplew jikbru.
//= $special ?>