In-nuqqasijiet tal-Kunsill Lokali tal-Mosta ikomplu joħorġu fil-beraħ – hekk kif issa rapport mill-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali sab nuqqasijiet fil-ħidma tal-Kunsill Lokali Mosti taħt it-tmexxija ta’ Romilda Zarb li issa hija deputat tal-Labour fil-Parlament.
L-Uffiċju tal-Awditur sab illi l-outdoor gym fil-Mosta li kellu jkun iffinanzjat mill-Awtorità tal-Ippjanar kellu jiġi jiswa’ 174,733 ewro – ammont illi inqabeż b’26,047 ewro.
Spiża illi l-Kunsill Laburista ma spjegax għala saret u x’bidliet saru biex jinqabeż il-budget b’eluf…filwaqt li li l-kunsill naqas milli jipprovdi evidenza tal-implimentazzjoni tal-proġett.
Ir-rapport tal-NAO sab li l-apparat u x-xogħolijiet li saru fil-mogħdijiet u l-culverts kienu akkwistati b’mod li jmur kontra r-regolamenti… hekk kif il-Kunsill suppost talab tlett kwotazzjonijiet differenti qabel xtara l-apparat tal-outdoor gym.
Ir-rapport ifakkar li l-attivitajiet tal-Kunsilli Lokali ma jistgħux jaqbżu l-Budget b’aktar minn 3,500 ewro jew 0.5% tal-allokazzjoni annwali. Spejjeż illi l-Kunsill taħt it-tmexxija ta’ Romilda Zarb qabeż bi ftit aktar minn €5,000 – dan għaliex bl-attivitajiet ta’ Jum il-Mosta u Festa Qaragħasel, il-Kunsill nefaq 8,647 ewro mill-fondi pubbliċi….ħlas illi d-Dipartiment tal-Gvern Lokali ma kienx mgħarraf bih.
Ir-rapport tal-NAO sab ukoll li l-Kunsill Lokali Mosti nefaq 15,045 ewro biex tinżera siġra taż-żebbuġ fil-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta – siġra li ġiet tiswa’ mal-5,000 ewro.
//= $special ?>