Futbol Sport

Dortmund u PSG jagħmluha għall-fażi tal-aħħar sittax minn Grupp F

(Ritratt: EPA)

Borussia Dortmund u PSG għamluha għall-fażi tal-aħħar sittax mill-Grupp tal-mewt Grupp F, wara li ntlagħbet l-aħħar ġurnata li kienet deċiżiva għal min se jgħaddi minn dan il-grupp. Borussia Dortmund temmew fi draw ta’ 1-1 kontra PSG, b’ Karim Adeyemi jiftaħ l-iskor għal Dortmund qabel kien iż-żagħżugħ Warren Zaire Emery li kiseb id-draw għal PSG. Min-naħa l-oħra fil-partita f’St James’ Park, kien Milan li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Newcastle li fetħu l-iskor b’konklużjoni fir-rokna ta’ Joelinton, qabel gowl ta’ Christian Pulisic u s-sostitut Samuel Chukwueze dawwru ir-riżultat favur Milan, liema rebħa madanakollu ma kienetx biżejjed biex it-tim Taljan javvanza għan-knockout.

F’partiti oħra minn Grupp E, kienu Atletico Madrid u Lazio li avvanzaw għar-round tal-aħħar sittax filwaqt li fi Grupp G kien Manchester City u RB Leipzig li għamluha mal-aħħar sittax. Minn Grupp H Barcelona u Porto avvanzaw għar-round li jmiss hekk kif temmew fl-ewwel u t-tieni post rispettivament.

Riżultati

Ilbieraħ: Copenhage v Galatasaray 1-0, Man Utd. v Bayern M. 0-1, Lens v Sevilla 2-1, PSV v Arsenal 1-1, Napoli v Braga 2-0, Union B. v Real Madrid 2-3, RB Salzburg v Benfica 1-3, Inter v R.Sociedad 0-0

Illum: A.Madrid v Lazio 2-0, Celtic v Feyenoord 2-1, B.Dortmund v PSG 1-1, Newcastle Utd. v AC Milan 1-2, C.Zvezda v Man City 2-3, RB Leipzig v Y.Boys 2-1, Porto v S.Donetsk 5-3, R.Antwerp v Barcelona 1-1

UEFA EUROPA LEAGUE

Għada: Olympiacos v B.Topola 9.00pm, West Ham v Freiburg 9.00pm, Ajax v AEK Athens 9.00pm, Brighton v Marseille 9.00pm, Aris L. v S.Prague 9.00pm, R.Betis v Rangers 9.00pm, Rakow C. V Atalanta 9.00pm, Sporting CP v S.Gruz 9.00pm, LASK v Toulouse 6.45pm, U.St.Gilloise v Liverpool 6.45pm, Panathinaikos v M.Haifa 6.45pm, Rennes v Villarreal 6.45pm, Roma v FC Sheriff 6.45pm, S.Prague v Servette 6.45pm, B.Leverkusen v Molde 6.45pm, Qarabag v BK Haecken 6.45pm