Futbol Sport

Ħamrun iżommu l-pass ma’ Floriana

(Ritratt: Joseph Galea)

Andrè Muscat

ĦAMRUN SPARTANS……….2

GŻIRA UNITED…………………1

Ħamrun Spartans: F. Marchetti, S. Borg (K. Scicluna 80’), J. Mbong (L. Montebello 60’), R. Prsa, R. Nenov (S. Hamza 90+6’), U. Duranovic, E. Domingos, C. Juan Corbalan, E. Marcelina, R. Camenzuli, R. Jonny

Gżira United: D. Zarkov, C. Conceicao, T. Aldama, Z. Scerri, M. Dias (M. Alouzi 87’), L. Ribeiro (H. Kabar 87’), F. Romero, J. Costa Silva (R. Essaka 88’), B. Borg (A. Borg 67’), T. Espindola, J. Mendoza (A. Sane 67’)

Imwissija: E. Domingos 32’ (ĦS), T. Aldama 89’ (GU), R. Camenzuli 90’ (ĦS), R. Nenov 90+1’ (ĦS), T. Espindola 90+6’ (GU)

Skorjaw: E. Domingos 47’ (ĦS), L. Montebello 82’ (ĦS), C. Conceicao 90+5’ (GU)

Referee: Johnson Alex

Assistenti Referees: Vasil Vasilev u Kurt Saliba

BOV Plejer tal-Logħba: E. Domingos (ĦS)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Emerson Marcelina (ĦS)

Kif kien mistenni qabel il-konfront bejn Ħamrun Spartans u Ġżira United, iċ-champions renjanti fl-Istadium Nazzjonali ħadu t-tlett punti li kellhom bżonn biex b’hekk żammew il-pass mal-leaders Floriana.

Kellna nistennew sat-18-il minuta, biex naraw l-ewwel azzjoni tal-partita. L-azzjoni waslet minn freekick dirett ta’ Prsa ta’ Ħamrun, bil-plejer Kroat jitfa’ għoli fuq il-lasta ta’ Gżira United.

Reġa’ kien Prsa mix-xellug din id-darba fit-38 minuta, meta minn freekick prova jiftaħ l-iskor għall-Ħamrun, iżda Zarkov ta’ salva mingħajr ebda diffikultà.

L-ewwel azzjoni għal Maroons tasal żewġ minuti fuq il-ħin regolamentari minn Jackson Mendoza, wara li l-attakant ta’ Gżira avvanza lejn il-kaxxa Ħamruniża u minn tarf il-kaxxa fajjar xutt, li għadda ftit barra mill-lasta ta’ Marchetti.

F’taqsima nieqsa mill-azzjonijiet, b’ħafna pusses tal-ballun f’nofs il-grawnd u diversi żbalji miż-żewġ timijiet rispettivi, mat-tisfira ta’ tmiem l-ewwel taqsima mir-referee Alex Johnson, Ħamrun Spartans u Gżira United jidħlu jistrieħu f’parità ta’ 0-0.

L-Ispartans fetħu l-iskor żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsim, meta freekick ta’ Nenov mix-xellug, isib lil Ederson li għola bir-ras u tefa’ wara Zarkov, biex tefa’ lill-Ħamruniżi numerużi preżenti f’dellirju ta’ ferħ.

Fis-57 minuta Nenov prova jirdoppja għall-Ħamruniżi, meta prova xutt minn naħa tax-xellug wara li rċieva pass fit-tul mingħand Ederson, bix-xutt jagħddi ftit barra.

Zachary Scerri għal Gżira fis-77 minuta jipprova jġib id-draw, meta minn barra l-kaxxa jfajjar xutt, b’Marchetti attent u jsalva bla wisq problemi.

Ħamrun Spartans jirduppjaw fit-82 minuta, meta l-attakkant Internazzjonali Malti Luke Montebello b’azzjoni personali fil-kaxxa l-kbira javvanza u jitfa’ wara l-goalkeeper ta’ Gżira United Zarkov.

Gżira jnaqqsu l-iskor erba’ minuti fuq il-ħin regolamentari, meta korner ta’ Thiago Espindola jsib lil Conceicao li jogħla fuq kulħadd biex bir-ras dan ta’ l-aħħar tefa’ wara Marchetti.

L-isforzi ta’ Gżira fl-aħħar minuti tal-partita ma kienux biż-żejjed, għax ma tisfira finali tar-referee Alex Johnson, Ħamrun ħarġu mill-grawnd bil-punti massimi minn dan il-konfront.

B’din ir-rebħa Ħamrun żammew il-pass ma Floriana, u minn 10 logħbiet fil-kampjonat ħadu 23 punt, filwaqt li Gżira jibqaw viċin iż-żona relegazzjoni bi 11-il punt.

Ritratti ta’ Joseph Galea