Lokali

Il-Freeport b’numru rekord ta’ movimenti permezz tal-bastiment Palais Royal

Il-Malta Freeport Terminal wettaq movimenti rekord ta containers minn fuq il-bastiment Palais Royal tal-kumpanija CMA CGM.

Il-bastiment li wasal fil-Port Ħieles ta’ Malta fis-6 ta’ Diċembru u li bħalissa jinsab fi triqtu lejn il-kwartieri ġenerali ta’ CMA CGM Group f’Marsilja jaħdem bl-LNG, twil 400 metru u kapaċi jġorr 23,000 container TEU. Dan il-bastiment huwa t-tielet l-akbar linja tat-tbaħħir fid-dinja u ukoll wieħed mix-shareholders tal-Malta Freeport.

Malta Freeport Terminals, li investiet aktar minn €320 miljun f’infrastruttura, tagħmir ġdid, u teknoloġija, bħalissa toffri servizzi lil 115-il port madwar id-dinja- aktar minn 50 minnhom jinsabu fil-Mediterran.