Lokali Qorti

Jissogra li jiġi deportat wara konfront mal-eks tfalja

Il-kaz ta’ raġel li qed jissogra li jiġi deportat wara konfront vjolenti mal-eks-tfajla tiegħu, wassal lill-pulizija biex jiskopru li huwa kien qed joqgħod Malta b’mod illegali.

L-inċident seħħ bejn il-Ħadd u t-Tnejn meta argument li seħħ bejn raġel ta’ 29 sena mill-Kolombja Sebastian Espejo Ospina u l-eks-tfajla tiegħu eskala tant li rriżulta f’konfront vjolenti u ħsara fuq proprjetà ta’ terzi. L-ebda waħda mill-partijiet ma sofriet ġrieħi fiżiċi.

Nhar it-Tlieta, ir-raġel ittieħed il-Qorti taħt arrest mixli li insulta u hedded lill-eks-tfajla tiegħu b’mod li qabeż il-limiti ta’ provokazzjoni. Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Fuq dik l-ammissjoni il-Maġistrat ikkundannat lill-akkużat xahrejn ħabs sospiżi għal sitt xhur. Il-każ tiegħu issa jaqa’ taħt il-kompetenza tal-pulizija tal-immigrazzjoni li qed jieħdu ħsieb il-proċess li eventwalment se jwassal għad-deportazzjoni tiegħu.