Futbol Sport

L-MFA u l-MPL jiffirmaw joint venture biex tal-aħħar jibdew jorganizzaw il-Kampjonat Premier

Kien iffirmat l-ewwel joint venture bejn il-MFA u l-Malta Premier League biex dawn tal-aħħar jamministraw il-Kampjonat Premier għall-ħames snin li ġejjin.

L-iffirmar ta’ dan il-ftehim jibgħat sinjal bla preċedent fejn id-deċiżjonijiet jiġu deċentraliżżati u mhux kull deċiżjoni trid tgħaddi mill-MFA.

Dan kollu għandu jwassal ukoll biex il-kompetizzjoni tiġi elevata u jgawdu wkoll il-partitarji bit-tama li jiġi ġġenerat aktar interess f’kampjonat elevat minn kull aspett.

Il-ftehim li kien iffirmat bejn l-MFA u l-Malta Premier League, se jkun għall-ħames staġuni u li minnu l-ogħla Kampjonat fis-snin li ġejjin se jkun qed jibbenefika minn branding, dehra aħjar u ppreżentat minn aspett kummerċjali.

F’sena li ilha mwaqqfa l-Malta Premier League minn Awwissu 2022, eventwalment rikonoxxuta mill-Bord Eżekuttiv tal-MFA xahrejn wara, kien hemm serje ta’ Memoranda of Understanding bejn iż-żewġ naħat, bl-MFA wara dan il-ftehim tibqa responsabbli mill-Governanza u Liċenzjar, waqt li l-aspett kummċerċjali f’idejn il-Malta Premier League.

Preżenti wkoll ufficjali għolja tal-MFA u rappreżentanti tal-klabbs li jilagħbu attwalment fil-Kampjonat Premier.