Manchester United ma rnexxielhomx fl-aħħar 90 minuta jiksbu kwalifikazzjoni li dehret diffiċli u li kienet ukoll tiddependi dwar x’jiġri f’Copenhagen.
Finalment FC Copenhagen għelbu lil Galatasaray 1-0 biex għat-tieni darba fl-istorja tagħhom għaddew mal-aħħar sittax.
Minn naħa tagħhom f’Old Trafford Manchester United qat ma taw l-impressjoni li jistgħu jinkwetaw lil Bayern.
Iċ-champions Ġermaniżi kkontrollaw il-logħba għal ħinijiet twal u Neuer ftit li xejn kien impenjat.
Il-goal rebbieħ ta’ Bayern wasal fis-70 minuta meta Kane żmarka lil Coman li quddiem Onana ma żbaljax.
Fil-gruppi l-oħra Inter ma rnexxielhomx jegħlbu lil Real Sociedad f’San Siro u bid-draw ta’ mingħajr goals kienu Sociedad li aċċertaw mill-ewwel post fil-grupp.
Napoli serrħu rashom mill-kwalifikazzjoni grazzi għal rebħa ta’ 2-0 kontra Braga b’auto goal ta’ Saatci u ieħor ta’ Osimhen.
Real Madrid kisbu s-sitt rebħa konsekuttiva b’rebħa ta’ 3-2 f’Berlin
Riżultati
Grupp A
Man Utd v Bayern 0-1
Copenhagen v Galatasaray 1-0
Grupp B
Lens v Sevilla 2-1
PSV v Arsenal 1-1
Grupp C
Napoli v Braga 2-0
Un. Berlin v R. Madrid 2-3
Grupp D
Inter v Real Sociedad 0-0
Salzburg v Benfica 1-3
Illum
Gruup E
Celtic v Feyenoord
At.Madrid v Lazio
Grupp F
Dortmund v PSG
Newcastle v Milan
Grupp G
Leipzig v Young Boys
Crvena v Man City
Grupp H
Antwerp v Barcelona
Porto v Shakhtar
//= $special ?>