Kull sena f’Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta, f’isem il-Gvern u l-poplu Malti, jagħti ġieħ pubbliku lil għadd ta’ Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja b’ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti tal-Midalja għall-Qlubija u tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Malta tagħti ġieħ ukoll lil dawk il-persuni ta’ nazzjonalità barranija li jkunu ddistingwew ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja, fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu tal-gżejjer Maltin.
Din is-sena, iċ-ċerimonja ta’ investitura saret fil-Palazz, il-Belt Valletta, nhar il-Erbgħa, 13 ta’ Diċembru, wara l-parata ċerimonjali f’Misraħ San Ġorġ.
Matul iċ-ċerimonja ta’ din is-sena, il-President ta’ Malta George Vella ħatar seba’ persuni fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.
- Helena Dalli
- Edward John Despott
- Stanley Fiorini
- George Borg
- Anton B Dougall
- Ruth Farrugia
- Robert G Xuereb
Għaxar persuni oħra ngħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Dawn il-ħatriet saru bi proposta mill-Kumitat tan-Nomini mwaqqaf skont l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika u fuq parir tal-Prim Ministru lill-President ta’ Malta.
- Frans Baldacchino (wara mewtu)
- Paul Buttigieg
- Dominic Cutajar (wara mewtu)
- John Gafà
- Pamela Muscat
- Silvio Parnis (wara mewtu)
- Esther Sant
- L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali Malta
- Il-Ġenituri ta’ Jean Paul Sofia
- L-Atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar