Raġel ta’ 37 sena residenti x-Xewkija sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija għal ħabta tad-disgħa neqsin kwart fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Maruti Gypsy, misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Honda, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ta’ 37 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>