Futbol Sport

Test ieħor diffiċli għal Ħamrun Spartans filwaqt li Birkirkara jfittxu li jerġgħu jgħollu l-moral

Illum jintlagħbu żewġ partiti mill-Kampjonat Premier li ma ntlagħabux fi tmiem il-ġimgħa minħabba li kienu jinvolvu lil Birkirkara u Ħamrun li l-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru kienu involuti fil-finali tas-Super Cup mirbuħa mill-Ispartans.

Fill-11am fis-Centenary Stadium, wara t-telfa ta’ 4-0 fis-Super Cup, Birkirkara se jkunu qed jipprovaw jerġgħu jgħollu l-moral b’rebħa fuq Gudja, b’dawn tal-aħħar għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa fil-kampjonat.

Fl-Istadium Nazzjonali, fis-2pm iċ-champions Ħamrun Spartans jilagħbu kontra Gżira United bit-tama li jerġgħu inaqqsu d-distakk minn mal-leaders Floriana għal tliet punti. Dan il-konfront iżda jista’ jkun wieħed diffiċli kontra tim inkonsistenti li iżda fil-ġurnata jaf ikun ta’ problema għall-avversarji tiegħu.

Illum

Centenary Stadium 11am

Gudja United vs Birkirkara

Stadium Nazzjonali 2pm

Ħamrun Spartans vs Gżira United