Il-kumpanija Lloyds ta’ kull sena tippublika lista tal-iktar mitt persuna influwenti fl-industrija tat-trasport marritimu, u din is-sena il-maltija Ann Fenech kienet imniżla fin-numru 74.
Fi Stqarrija, l-Malta Maritime Forum, awgurat lil Ann Fenech għall-inklużjoni tagħha f’ din il-lista prestiġjuża, li normalment tinkludi sidien ta’ flotot kbar madwar id-dinja, esperti tat-teknoloġija, Avukati li jispeċjaliżżaw fil-liġi marittima, kif ukoll sensara tal-vapuri fost l-oħrajn.
Għalhekk din l-inkluzzjoni hija kisba importanti ferm għal Ann Fenech li hija membru attiv tal-Forum Maritimu Malti kif ukoll l-ewwel President mara tal-Comité Maritime International.
Intant Ann Fenech, f’kummenti li tat, irrikonoxxit l-importanza li dawk kollha li jfasslu liġijiet jisimgħu minn dak li jkunu qed jgħidu l-mexxeja tal-industrija, biex b’hekk jiġu mfassla liġijiet għal ġid tal-industriji u l-ġid tal-poplu kollu.
//= $special ?>