It-tim nazzjonali Malti tal-futsal immexxi minn Gabriel Dobre kiseb rebħa tajba ta’ 7-2 kontra Gibiltà fl-ewwel minn sensiela ta’ żewġ partiti ta’ ħbiberija li qed jintlagħbu fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.
It-tim Malti ddomina għal kollox il-parta fejn u seta’ jiddetta bl-aħjar mod possibbli. Marwan Telisi kien protagonista għall-Malta meta skorja erba’ gowls. Mark Zammit skorja żewġ gowls filwaqt li Andre Cachia kellu x-xutt tiegħu devjat għal ġewwa minn difensur ta’ Ġibiltà. Naoufal El Andalousi u Jay Pitaluga skorjaw il-gowls ta’ konsolazzjoni għal Ġibiltà. Referees tal-partita kienu Clint Cassar u Stephen Vella.
Fit-tieni partita ta’ ħbiberija kontra Ġibiltà, Malta rebħet 7-1. Il-gowls skorjati tnejn minn Cleaven Portelli filwaqt li Mark Zammit, Maicon, Celino Alves, Giancarlo Sammut u Michael Borg skorjaw gowl kull wieħed. Ġibilta’ naqqsu l-iskor permezz ta’ Naoufal El Andaloussi.
Malta lagħbet b’din il-formazzjoni: Clint Mifsud, Celino Alves, Mark Zammit, Maicon, Marwan Telisi, Michael Borg, Andre Cachia, Giancarlo Sammut, Matthew Attard, Andy Mangion, Brandon Debono, Cleavon Portelli, Karl Luke Schembri, Collin Sammut.
//= $special ?>