Il-Prim Ministru tad-Danimarka Mette Frederiksen qalet li l-awtoritajiet u s-servizzi sigrieti ta’ pajjiżha rnexxielhom ixejnu attakk terroristiku kbir li kien ilu pjanat kontra l-poplu u li fi kliem Frederiksen seta’ ħalla konsegwenzi mill-aktar serji u traġiċi.
B’riżultat ta’ dan, il-pulizija arrestat tliet persuni fid-Danimarka u persuna oħra fl-Olanda waqt sensiela ta’ rejds koordinati matul is-sigħat bikrin tal-Ħamis.
Sadanittant, l-awtoritajiet fiż-żewġ pajjiżi mhumiex jiżvelaw dettalji tal-kumplott, bl-investigazzjonijiet qed ikomplu.
Madankollu, it-tliet persuni arrestati fid-Danimarka se jkunu akkużati dwar attivitajiet terroristiċi u wara li investigazzjoni żvelat network ta’ persuni, residenti f’diversi pajjiżi tal-Ewropa, li kienu kompliċi fil-pjan għal terroriżmu. Ingħad ukoll li t-terroristi potenzjali kellhom ir-rabtiet mal-gruppi tal-kriminali fid-Danimarka kif ukoll fl-Olanda.
Fl-aħħar sigħat, żdiedet is-sigurtà madwar is-siti tal-Lhud fid-Danimarka u meta l-pulizija qed jippjanaw biex iżidu r-ronda madwar il-belt (kapitali) ta’ Kopenhaqgen.
Is-sorsi sigrieti fid-Danimarka żvelaw ukoll li t-theddida tat-terrur kienet marbuta mal-gwerra li għaddejja bħalissa bejn Iżrael u l-Ħamas kif ukoll mal-inċidenti, fid-Danimarka u l-Iżvezja, fejn inħarqu kopji tal-Koran; il-ktieb qaddis għall-Musulmani.
Intant, il-potenzjal tat-terrur fid-Danimarka, bħalissa, hu stabbilit fuq livell ta’ ‘erba’ u meta, fi kliem l-awtoritajiet, il-massimu tal-allert madwar il-pajjiż hu indikat mal-‘ħamsa’.
.
//= $special ?>