Minkejja li l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ivvutat b’maġġoranza assoluta biex taddota riżoluzzjoni għal waqfien mill-ġlied fil-Medda ta’ Gaza, jidher li xejn mhu se jwaqqaf lil Iżrael milli jkompli bl-attakki fuq il-Hamas.
Dan hekk kif il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li Iżrael ser ikompli bl-attakki sakemm jirbaħ; irrispettivament mill-pressjoni internazzjonali… waqt li l-Ministru Iżraeljan għall-affarijiet barranin qal li l-gwerra fil-Medda ta’ Gaza ser tibqa’ għaddejja kemm bl-appoġġ internazzjonali u kemm mingħajru.
Intant, rapport li ħarġet l-organizzazjoni mhux governativa Reporters Without Borders, jindika li kienu maqtula 17-il ġurnalist waqt li kienu qed jirrapurtaw dwar il-Gwerra fil-Lvant Nofsani. Dan minn mindu seħħ l-attakk tal-Hamas fis-7 ta’ Ottubru.
Pero dan in-numru ma jinkludix in-numru ta’ ġurnalisti li nqatlu waqt li kienu qed jirrapurtaw ċirkustanzi relatati mal-gwerra, hekk kif il-vittmi totali jafu jgħoddu ‘l fuq minn 60.
//= $special ?>