Raġel ta’ 51 sena weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll ta’ trailer fil-Gudja.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta ta’ 11:45, fi Triq Ħal Tarxien, meta għal xi raġuni raġel ta’ 51 sena residenti l-Imqabba tilef il-kontroll ta’ trailer DAF li kien qed isuq u nqaleb.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn
aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew fuq il-post minħabba xi żjut u likwidi li
ħarġu mill-istess vettura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>