“Huwa ovvju li l-Avukat tal-Istat Chris Soler hu maħtuf għal kollox mill-Gvern ta’ Robert Abela – Gvern li ma jridx imexxi f’affarijiet li għandu jmexxi…u bl-istat qiegħed jissokkombi għall-ordnijiet li joħorġu mill-kuriduri ta’ Kastilja”
Dan huwa is-sentiment espress minn diversi esperti legali għar-risposta tal-Avukat tal-Istat wara li l-Partit Nazzjonalista ressaq rikors il-Qorti sabiex jinġiebu lura b’urġenza l-€400miljun li l-Gvern Laburista ħallas lil Vitals u Steward f’deals dikjarati mill-Qorti stess bħala frawdolenti.
Fir-risposta tiegħu, l-Avukat tal-Istat insista li din it-talba ma timmeritax li tintlaqa, ċioè li tinstema’ b’urġenza. Anzi…stqarr li għandha tiġi saħansitra miċħuda.
L-Avukat tal-Istat insista li m’hemm ebda għaġġla biex il-poplu jingħata flusu lura, u l-ebda interess nazzjonali. U għal darba darbtejn fir-risposta tiegħu, Chris Soler saħaq li m’hemm ebda raġuni ta’ urġenza fil-proċeduri.
Surrealment, l-Avukat tal-Istat ta’ x’jifhem li l-Partit Nazzjonalista ħa dan il-pass mhux fl-interess nazzjonali iżda għal gwadann politiku. L-istess Avukat tal-Istat li ironikament irrappreżenta lill-Gvern fil-kawża tal-Vitals u Steward…ċioè kontra d-Deputat Adrian Delia – l-istess Adrian Delia li ngħata raġun meta l-Qorti ddikkjarat li l-kuntratti kienu frawdolenti.
Minn naħa tiegħu Chris Soler allega li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħalef fil-falz filwaqt li insista li din il-kawża m’għandhiex tinstema’ b’urġenza għall-gwadann ta’ punti politiċi. Għaldaqstant esperti legali li Net News tkellem magħhom saħqu li l-istess Avukat tal-Istat li mexxa kontra l-poplu fil-kawża tal-isptarijiet…u favur il-kumpaniji barranin issa mhux qiegħed jara li l-poplu jieħu flusu lura mill-aktar fis….u jinsab maħtuf totalment minn narrattiva, direzzjonata minn Kastilja
//= $special ?>