Mahad Abdi Adam ta’ 34 sena mis-Somalia wieġeb mhux ħati li nhar il-Erbgha hedded u wettaq vjolenza domestika fuq l-eks siehba tieghu ġewwa Ħal Għaxaq. L-allegata vittma spiċċat rikoverata l-isptar Mater Dei wara li allegat inċident seħħ għall-ħabta tal-10.40pm.
It-tabib li raha lil mara ċċertifika li l-ġrieħi li ġarrbet kienu ħfief. Huwa ġie mixli wkoll li kkaġiuna lil mara biża li se tiġi wżata vjolenza fil-konfront tagħha u tal-propjeta’ tagħha. L-avukat tal-ghajnuna legali ma talabx ghal helsien mill-arrest u ghalhekk l-akkuzat intbaghat lura fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Christian Cauchi. Is-Somalu li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih tressaq quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace. Il-Qorti laqgħet talba tal-Prosekuzzjoni biex tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.
//= $special ?>

