Lokali

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 35 sena weġġa’ gravi wara inċident bejn mutur u karozza f’Birkirkara.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta ta’ 08:00 fi Triq l-Artiġjanat, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur Kymco X-town misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Gżira u VW Scirocco misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.