It-talent u l-kreattività miġburin kollha f’post wieħed. Minn kamra għall-oħra f’Palazzo de La Salle, fil-Belt Valletta, wieħed isib għażla ta’ fotografija minn artisti Maltin; esebizzjoni organizzata mill-Malta Photographic Society.
Uħud projected u oħrajn ipprintjati, wieħed isib mal-257 ritratt – uħud bil-kulur u oħrajn black and white. Fost ir-ritratti…hemm il-ġeneru ta’ street photography, still life, u anke arkitettura, kif spjegatilna l-Viċi President tal-Malta Photographic Society, Pauline Grech.
Din hi t-58 edizzjoni tal-esebizzjoni li tagħti opportunità lill-fotografi; fejn hemm mal-1,000 sottomissjoni.
L-esebizzjoni se tibqa’ miftuħa sal-21 ta’ Diċembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8 am u s-7 pm u s-Sibt bejn id-9 am u s-1 pm – u d-dħul huwa bla ħlas.
//= $special ?>