Il-Bord tal-Malta Gaming Authority ħatar lil Charles Mizzi biex jieħu post Carl Brincat bħala Uffiċjali Kap Eżekuttiv tal-MGA, b’effett mis-26 ta’ Jannar li ġej.
Din il-ħatra ssegwi sejħa pubblika maħruġa f’Ottubru li għadda u l-proċess tal-għażla li seħħ wara. Charles Mizzi se jkun qed jgħin lil Carl Brincat matul ix-xahar ta’ Jannar biex ikun żgurat li jkun hemm tranżizzjoni bla xkiel fil-ħidma tal-MGA.
Mizzi se jingħaqad mal-MGA wara li serva għal ħames snin fit-tmun tal-Aġenzija Residency Malta.
//= $special ?>

