L-awtoritajiet Maltin qed isegwu każ sensittiv ħafna li seħħ ‘il barra mill-Jemen – każ ta’ ħtif ta’ bastiment li huwa reġistrat Malta.
Jidher li dan il-bastiment sab ruħu f’diffikultajiet waqt li kien fi triqtu lejn it-Turkija; għalkemm għadu mhux ċar min wettaq dan il-hijack.
Abbord il-vapur RUEN hemm 18-il membru tal-ekwipaġġ mill-Bulgarija, l-Angola u Myanmar.
Rapporti fil-media internazzjonali qed jindikaw li fiz-zona issejjaħ bastiment militari tal-flotta Spanjola.
//= $special ?>