Weġġgħu mijiet ta’ persuni wara li żewġ ferroviji baqgħu deħlin f’xulxin f’subway ta’ Beijing, matul il-ħin tar-rush hour.
Filwaqt li l-midruba qabżu l-500 kien hemm talanqas 100 li kellhom jiddaħħlu l-isptar b’urġenza biex ikunu trattati għall-ġrieħi gravi u ksur tal-għadam.
L-inċident seħħ fost l-inżul qawwi tal-borra u meta l-awtoritajiet qed jinvestigaw il-kundizzjonijiet fl-inħawi li x’aktarx li wasslu għall-ħabta.
Ir-rapporti qalu li s-sewwieq ta’ waħda mill-ferroviji għafas il-brejkijiet f’daqqa mingħajr ma kellu għalfejn u bir-riżultat li t-tieni ferrovija baqgħet dieħla fiha minn wara, Mifhum li t-tieni ferrovija ma setgħetx tieqaf minħabba li l-binarji kienu koperti bis-silġ u l-borra.
Fl-impatt, numru ta’ vaguni tqaċċtu minn ferrovija partikulari u bil-konsegwenza li ħafna mill-passiġġieri spiċċaw midruba.
//= $special ?>