Jake Sullivan, il-Konsulent Nazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Istati Uniti, bħalissa qed jiltaqa’ mal-President tal-Awtorità Palestinjana, Mahmoud Abbas kif ukoll ma’ uffiċjali Palestinjani oħra fix-Xatt tal-Punent.
Dan wara laqgħat li Sullivan kellu mal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu u fejn l-Amerikan kompla jinsisti bil-pressjoni fuq lżrael biex jevita kemm jista’ il-vittmi fost il-popolazzjoni ċivili ta’ Gaza. Fl-istess ħin, Sullivan għamilha ċara wkoll li l-Istati Uniti qed tappoġġja lil Iżrael f’din il-gwerra kontra l-Ħamas.
Intant, il-President Abbas, waqt it-taħditiet ma’ Sullivan fix-Xatt tal-Punent, insista biex l-Istati Uniti tintervjeni biex twaqqaf l-attakki fuq il-Palestinjani f’Gaza, kif ukoll fix-Xatt tal-Punent u f’Ġerusalemm.
Abbas kompla li l-Medda ta’ Gaza hi parti integrali tal-Istat tal-Palestina u li hu mhu se jaċċetta l-ebda inizjattiva li kapaċi tiżola jew tissepara kwalunkwe parti mit-territorju.
//= $special ?>