Il-Prinċep Harry kien ilu mill-2006 sa l-2011 jiġi ‘hacked’ mill-‘Mirror Group Newspapers’ fejn huma kellhom aċċess għall-affarijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-ħajja privata tal-Prinċep.
Fl-2015, l-MGN sostnew li l-ġurnalisti tagħhom kienu ħallsu investigaturi sabiex jiġbru xi informazzjoni privata dwar il-Prinċep Harry.
Il-maġistrat stqarr li, Piers Morgan, l-ex editur tal-gazzetta ‘Daily Mirror’ kien jaf dwar dan kollu u kien ukoll involut f’dan il-każ.
L-MGN għamlu apoloġija għal dak li wettqu u ħallsu £140,600 lil Prinċep bħala danni.
Il-Prinċep ma setax jattendi għall-kawża minħabba xi affarijiet oħra, iżda hu pprepara dikjarazzjoni sabiex jaqraha l-avukat tiegħu fil-qorti, fejn sostna li llum hija ġurnata fejn il-verità se toħroġ u l-ġustizzja tirbaħ.
David Sherborne, l-avukat tal-Prinċep talab lill-Pulizija sabiex tressaq l-akkużi kontra l-pubblikatur tal-MGN.
Il-maġistrat, Justice Fancourt, sostna li żewġ diretturi mill-MGN, Paul Vickers u Sly Bailey, kienu jafu b’dan li ġara minn qabel it-tmiem tas-sena 2011, iżda huma ma qalu xejn dwar dan.
