Lokali

Imħassrin titjiriet tal-Air Malta minn Malta lejn l-ajruport ta’ Milan Malpensa

Il-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta ħabbret li kawża ta’ strajk fl-ajruport ta’ Malpensa fil-belt ta’ Milan, it-titjiet tal-Ħadd KM630 u KM631 ġew imħassrin.

Passiġġieri li bbukkjaw dawn it-titjiriet qed ikunu offruti titjiriet alternattivi oħrajn sabiex jaslu fid-destinazzjoni tagħhom fl-istess jum.

Kelliema għal Air Malta spjegaw li l-linja tal-ajru qed titrasferixxi l-imesmmija passiġġieri għal titjiriet fl-ajruport l-ieħor ta’ Milan, ċioè Linate.

Madanakollu l-linja tal-ajru qed tavża u tħejji minn qabel lill-passiġġieri li hemm possibilità qawwija li jaffaċċjaw dewmien qawwi fil-ħin.

L-Air Malta spjegat li kull min jixtieq jivvjaġġa permezz ta’ titjiriet oħrajn u mhux dawk offruti jistgħu jagħmlu dan billi jikkuntattjaw lil customer service centre fuq 00356 21662211.

Dan filwaqt li min minflok jixtieq rifużjoni tal-biljett għandu jibgħat e-mail fuq refundrequest@airmalta.com