Lokali

It-triq tal-Barrani tinsab magħluqa għat-traffiku wara ħabta bejn żewġ karozzi

It-triq tal-Barrani, fiż-Żejtun tinsab magħluqa għat-traffiku wara ħabta bejn vann tal-għamla Toyota u Mazda Demio.

Fil-ħabta kienu involuti raġel ta’ 27 sena minn Birkirkara, li kien qed isuq il-vann u mara ta’ 46 sena minn Birżebbuġa. Il-vetturi kienu qed isuqu f’direzzjoni opposta minn xulxin.

Fuq il-post isejjħu l-Pulizija u tim mediku, li ħadu liż-żewġ sewwieqa l-isptar Mater Dei.

Il-kundizzjonijiet tas-sewwieqa għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.