Lokali

Jinstab ħati f’ġuri dwar droga li nstabet fi trakk 15-il sena ilu

Ħaddiem fil-kostruzzjoni li għadda ġuri fuq pussess aggravat ta’ droga wara s-sejba ta’ 20 blokka tar-reżina tal-cannabis ġewwa trakk barra garaxx fil-Mosta 15-il sena ilu, instab ħati tard il-Ħamis filgħaxija. Il-ġurati fil-ġuri ta’ Jesmond Mary Vella kienu rtiraw biex jiddeliberaw il-Ħamis fit-3.30pm. u rritornaw b’verdett ta’ ħati b’sitt voti kontra tlieta għall-ħabta tal-10.30pm. Bis-sentenza mistennija tingħata nhar it-Tnejn li ġej.

Filwaqt li l-ġurati ntbagħtu d-dar wara l-verdett, l-imputat inżamm taħt arrest preventiv sakemm is-sottomissjonijiet dwar il-piena u s-sentenza mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, li ppresediet il-ġuri, li beda nhar it-Tnejn.

Vella, li llum għandu 47 sena, magħruf bħala il-Bulgaru, kien spiċċa taħt sorveljanza tal-pulizija lura f’Ġunju tal-2008 fuq suspett ta’ involviment f’attività ta’ droga illeċita. Kien għalhekk li l-pulizija kienu qed jissorveljaw il-movimenti ta’ Vella u jżommu għassa mill-qrib fuq garaxx fi Triq in-Naġġar, il-Mosta, iffrekwentat mis-suspettat.

F’dak il-post saret tfittxija fid-19 ta’ Ġunju 2008 meta l-pulizija għorkithom għajnejhom fuq żewġ dgħajjes u żewġ vetturi, Volvo u Land Rover. Dik il-parti tat-tfittxija tat riżultati negattivi. Iżda meta l-pulizija ffukaw l-attenzjoni tagħhom fuq trakk Bedford, ipparkjat barra fil-viċin, iltaqgħu ma’ kontenitur tal-metall qisu barmil fil-kaxxa miftuħa fuq wara.

U hemm, f’munzelli taħt borża ħobż tal-Malti, sabu 20 blokka ta’ raża tal-cannabis li jiżnu 4,827.3 gramma. Aktar tard is-sustanza ġiet eżaminata u ċċertifikata li għandha 8.2% ta’ purità, b’valur fis-suq ta’ €30,943.
Sussegwentement Vella ġie mixli li kellu fil-pussess tiegħu dawk id-drogi taħt ċirkustanzi li juru li ma kinux maħsuba biss għall-użu personali.

Huwa kien akkużat ukoll li sar reċidiv. Meta xehed fil-ġuri nhar it-Tlieta, l-eks persuna li kien jimpjega lil Vella u li hu s-sid it-trakk, Ġanni Xuereb, qal li persuni mhux magħrufa kienu jarmu kull xorta ta’ żibel ġewwa l-kaxxa miftuħa tal-vettura.

Spjega li minkejja li l-vettura kienet reġistrata f’ismu, kien Vella li saqha għax hu (Xiereb) sabha bi tqila wisq biex jagħmel dan. Il-mudell tal-Bedford li ritratt tagħha kien muri fuq il-moniter tal-qorti kellha kabina ħamra u kaxxa ħadra miftuħa fuq wara.

Xuereb u Vella kienu jħottu l-għodda tagħhom fi tmiem il-ġurnata tax-xogħol tagħhom u jaħżnuhom f’dak il-garaxx li Xuereb kien jikri. Fil-ħin tas-sejba, it-trakk kien ilu pparkjat barra għal xahar jew hekk peress li kien żviluppa xi ħsara u sidu kien iddeċieda li ma jġeddidx il-liċenzja ladarba skadiet.

Xuereb ma setax jiftakar jekk il-vettura setgħetx tissakkar, iżda kkonferma li meta mistoqsi mill-pulizija fil-ħin tal-inċident, huwa kien qal li “kull xorta ta’ żibel kien ikun mormi ft-trakk, bħal żibel. basktijiet. Kienet tintuża bħala skip.” L-avukati tal-AĠ Kevin Valletta u Daniel Tabone mexxew il-prosekuzzjoni.