Futbol Sport

Juventus miżmuma barra minn darhom għand Genoa

(Ritratt: EPA)

Juventus kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Genoa. Kienu Juventus li marru fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima permezz ta’ penalty ta’ Federico Chiesa. Il-bidliet tal-kowċ Alberto Gilardino fit-tieni taqsima servew biex Genoa ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Albert Gudmundsson.

Intant minn din il-ġurnata tas-Serie A tispikka l-partita tal-Ħadd bejn Lazio u Inter, bit-tim ta’ Inter se jkun qed ifittex li jkompli jkabbar il-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika wara d-draw ta’ Juventus, filwaqt li Lazio se jkun qed jittamaw li jirreplikaw il-forma li kellhom fl-Ewropa fil-bqija tal-istaġun domestiku.

Il-Ħadd ukoll, Milan jilqgħu lil Monza filwaqt li Roma jilagħbu għand Bologna, għada minn naħa l-oħra, Napoli jilqgħu lil Cagliari.

SERIE A
Illum: Genoa v Juventus 1-1 Għada: Lecce v Forsinone 3.00pm, Napoli v Cagliari 6.00pm, Torino v Empoli 8.45pm Il-Ħadd: Milan v Monza 12.30pm, Fiorentina v Verona 3.00pm, Udinese v Sassuolo 3.00pm, Bologna v Roma 6.00pm, Lazio v Inter 8.45pm