Success fil-Muay Thai għal Malti Adam Laamouz li fil-Phuket Singha Muay Thai Gym – Bagla Boxing Stadium fit-Tajlandja rebaħ l-ewwel titlu Malti Muay Thai.
Fi ġlieda fuq ħames rawnds ta’ tlett minuti kull rawnd, Petchmokareth, l-avversarju ta’ Laamouz fir-raba’ Rawnd kien issuperat u eventwalment fil-ħames rawnd Laamouz rebaħ b’technical knock-out.
Petchmokareth kellu kredenzjali għolja fejn fil-karriera għandu 88 rebħa fil-Muay Thai u tilef biss seba’ darbiet.
Għal dan l-ewwel suċċess fil-Muay Thai għal Malta, Laamouz kien ilu b’taħriġ intensiv għal dawn l-aħħar ħames xhur flimkien mal-coaches tiegħu Noel Mercieca u Vuk Stekovic. Fil-perijodu li kien fit-Tajlandja,
Laamouz tħarreġ ma’ Kru Beau Chonlaek, kowċ b’aktar minn 22 sena esperjenza f’dan il-qasam li għen bil-bosta lil Adam Laamouz fil-ġranet ta’ qabel l-ewwel suċċess internazzjonali tiegħu fil-Muay Thai.
//= $special ?>