Tottenham kisbu rebħa komda ta’ 2-0 barra minn darhom għand Nottingham Forest. Kien Richarlison li fetaħ l-iskor fl-ewwel taqsima. Anthony Elanga kellu gowl imħassar permezz tal-VAR qabel ma’ Dejan Kulusevski rdoppja għat-tim ta’ Ange Postecoglu. Tottenham temmew il-partita b’10 plejers meta tkeċċa Yves Bissouma.
Intant fi tmiem din il-ġimgħa tispikka l-partita f’Anfield bejn Liverpool u Manchester United, b’Liverpool se jkunu qed jittamaw li jsaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika filwaqt li Manchester United se jkunu qed ifittxu li jdawwru xi ftit il-forma riċenti.
Arsenal jilqgħu lil Brighton filwaqt li Manchester City jilagħbu kontra Crystal Palace. Chelsea minn naħa l-oħra jilqgħu lil Sheffield United.
PREMIER LEAGUE
Illum: Nott. Forest v Tottenham 0-2 Għada: B’mouth v Luton 4.00pm, Chelsea v Sheff. Utd 4.00pm, Man City v C. Palace 4.00pm, Newcastle v Fulham 4.00pm, Burnley v Everton 6.30pm Il-Ħadd: Arsenal v Brighton 3.00pm, Brentford v A. Villa 3.00pm, West Ham v Wolves 3.00pm, Liverpool v Man Utd 5.30pm